Claudio Baglioni Lyrics
"L-Ahhar Bidwi F'wied Il-Ghasel"

4.3 / 5
196 reviewers
Do you like this song?
(click stars to rate)
save!
my lyricsbox
Bħall-eremit maqtugħ minn nies
qalb is-siġar u l-għollieq
immur sabiex naqla' l-għijxien
spiccaw l-ulied jaħdmu fl-ibliet
l-aħħar bidwi f'Wied il-Għasel hu jien

Jinżlu f'Wied il-Għasel
f'dawk il-ġranet sbieħ
nies għal-passiġġati
jiġu għal-mistrieħ

Raba żdingat biss riservat
għall-isnieter w il-klieb tal-kaċċatur
żmien il-gamiem
Wara l-mohriet naħdem fis-skiet
l-aħħar bidwi f'Wied il-Għasel hu jien

Għal-bebbux jew fjuri
sagħtar minn ġol-blat
jinżlu f'Wied il-Għasel
jiġu nhar ta' Ħadd

Kien staġun xott, kemm bata l-frott
u għal-ħidmieti xi prezz?
Dawn l-aħħar jiem kont ftit għajjien
wara l-moħriet naħdem fis-skiet
l-aħħar bidwi f'Wied il-Għasel hu jien